Lokali

Filmat: Jikkritikaw ir-riga li tuża l-MEPA

Jiem ilu inħolqot kommossjoni li kellha twassal għall-intervent mill-Pulizija, meta s-sidien ta’ art fiż-Żejtun saru jafu li l-MEPA kienet qed twettaq xogħol ta’ infurzar fuq struttura illegali.

Illum, l-istess sidien tal-art jitkellmu magħna u jgħidu li l-kontroversja tqanqlet peress li hemm dubji dwar jekk il-MEPA hijiex qed tuża l-istess riga ma’ kulħadd, saħansitra fl-istess żona fejn hemm aktar strutturi illegali.