Internazzjonali

Jinqatlu bħala ‘sħaħar’ mill-ISIS fil-Libja

Terroristi mgħammdin tal-ISIS qatlu żewġ irġiel li kienu akkużati bħala ‘sħaħar’ waqt ċerimonja barbara quddiem folla nies, fi Tripli.

Il-qtil tal-irġiel, li kienu lebsin jumpsuits oranġjo u li spiċċaw b’rashom maqtugħa, inġibed fuq filmat, wara li l-ISIS sostna li huma kienu qed jipprattikaw il-maġija.

Hu kkalkulat li fil-Libja, bħalissa, hemm mal-2,000 ġellied li qed jippersistu bi gwerra qaddisa, jew jihad. Dan waqt li l-ISIS qiegħed jimponi l-liġi ta’ sharia flimkien ma’ pieni krudili u barbari fuq in-nies fl-inħawi Libjani li waqgħu taħt il-kontroll tiegħu.