Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil ikkopera bis-sħiħ biex tinġabar l-informazzjoni dwar l-uzu tal-fuel mill-vettura ufficjali tiegħu.
L-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia qal dan fi stqarrija li fiha rringrazzja lill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil tal-koperazzjoni sħiħa li sab min-naħa tiegħu sabiex tinġabar l-informazzjoni.
Ilbieraħ sar magħruf mill-Kap tal-Oppożizzjoni stess li kienet qed issir inkjesta Maġisterjali u li għal din l-inkjesta, Simon Busuttil ressaq rikors li fih iddikkjara d-disponnibilta’ sħiħa tiegħu li jgħin fl-inkjesta, u dan sabiex kulħadd, b’mod speċjali hu stess, isir jaf il-verita’ kollha u sħiħa.
Simon Busuttil qal f’kummenti li ta’ filgħaxija lill-Media fil-bini tal-Parlament, li hu qatt ma kien infurmat minn sorsi uffiċjali li nfetħet inkjesta Magisterjali imma malli sar jaf, ha passi mill-ewwel. Filfatt, il-Kap tal-Oppozizzjoni talab li x-xufier inkwistjoni jkun sospiż sakemm l-eżitu tal-investigazzjonijiet isiru magħrufa. Tista’ ssegwi aktar dwar dan billi tagħfas hawn.
Dwar l-inkjesta maġisterjali, fl-istqarrija tiegħu, l-ispeaker qal li d-deċizjoni li ssir inkjesta maġisterjali kienet tal-Pulizija u mhux fuq talba tiegħu, u li ilu ħafna li ta struzzjonijiet biex jinbdew l-investigazzjonijiet marbuta.
Intant, dwar dan kollu, l-Partit Nazzjonalista diġa’ qal li dan il-każ u l-mod kif mexa l-Kap tal-Partit Nazzjonalista juri għal darb’oħra li l-Kap tal-Oppożizzjoni jmexxi bl-eżempju.
//= $special ?>
