Żewġ tfajliet Maltin huma fost 60 żagħżugħ u żagħżugħha mill-pajjiżi tal-Commonwealth li se jkunu qed jingħataw rikonoxximent mir-Reġina tar-Renju Unit.
Sara Ezabe ta’ 19-il sena u Annabelle Xerri ta’ 28 sena huma ż-żewġ Maltin li se jkunu qed jingħataw dan l-unur. Waqt il-programm Newsfeed fuq Net Television, Sara Ezabe fissret xi jfisser għaliha dan l-unur.
Ir-rikonoxximent jippremja dawk iż-żgħażagħ b’kwalitajiet eċċezzjonali ta’ tmexxija. Filfatt, il-premju jismu ‘Queen’s Young Leaders Award’.
Ir-rikonoxximent se jingħata f’Londra s-sena d-dieħla u se jippremja lir-rebbieħa għall-isforz tagħhom biex jagħmlu bidla għall-aħjar fil-komunitajiet rispettivi tagħhom.
Ir-rebbieħa tħabbru fuq Skype. Ara r-reazzjoni tal-Maltija Sara Ezabe meta saret taf li rebħet l-unur.
//= $special ?>

