Il-Ministeru tas-Saħħa qed ifittex infermieri b’kuntratt ta’ sentejn u b’salarju €30,000 fis-sena. Dan joħroġ minn reklami li qed isiru fil-media internazzjonali.
Fuq sit Taljan li qed jirriklama din is-sejħa, jingħad li din hi sejħa tajba għal dawk l-infermieri li jridu j iksbu esperjenza fil-qasam.
L-infermieri li jintgħażlu se jkunu qed jaħdmu fis-settur pubbliku b’kuntatt ta’ sentejn b’40 siegħa fil-ġimgħa.
Din is-sejħa qanqlet ir-reazzjoni tal-Union Maltija tal-Infermieri u l-Qwiebel, li fi stqarrija qalet li tinsab preokkupata b’din l-aħbar.
L-MUMN qalet li qatt ma tista’ taċċetta li fil-pajjiż ikun hawn infermieri li jitħallsu b’ammont ta’ salarju u infermieri oħra li jirċievu salarju akbar.
Filwaqt li appellaw biex il-Gvern jikkonferma jew le dwar dan ir-reklamar li qed isir, saħqu li jekk l-aħbar tkun konfermata, l-MUMN tkun lesta li tirreġistra tilwima industrijali mal-Gvern u trodna dawk id-direttivi industrijali li jkunu neċessarji.
//= $special ?>