Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil fetaħ proċeduri ta’ libell kontra l-Partit Laburista. Dan wara stqarrija li ħareġ il-Partit Laburista nhar it-Tnejn filgħaxija, li fiha, l-Partit Laburista qal li “Simon Busuttil inqabad f’każ serju ta’ frodi ta’ fondi pubbliċi.”
Din hija gidba mill-bidu sal-aħħar, u kien għalhekk li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista fetaħ proċeduri ta’ libell, qal il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija.
Il-Partit Nazzjonalista qal li dan hu eżempju ċar tal-livell baxx li waqa’ fih il-Partit ta’ Joseph Muscat, li mhux biss waqqa’ fl-aktar livell baxx il-politika f’Malta, talli jigdeb fuq min qed jiprova jerġa’ jibni l-fiduċja tan-nies fil-politiċi.
Il-poplu Malti u Għawdxi jixraqlu l-ogħla livell ta’ politika, u din jista’ joffrihilhom biss Simon Busuttil, temm jgħid il-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>

