Lokali

Il-komunita’ Musulmana f’Malta b’dimostrazzjoni kontra t-terroriżmu

Il-komunita’ Musulmana f’Malta se taorganizza dimostrazzjoni paċifika kontra t-terroriżmu.

Dan tħabbar mill-Imam Mohammed Elsadi li kompla li d-dimostrazzjoni se ssir nhar il-Ġimgħa li ġej, fis-sagħtejn ta’ waranofsinar fiċ-Ċentru Iżlamiku ta’ Raħal Ġdid.

Fl-aħħar jiem l-Imam kien diġa’ ħabbar li se ssir din il-protesta waqt li tkellem f’numru ta’ programmi fejn ikkundanna wkoll l-estremiżmu u l-attakki terroristiċi u qal ukoll li dawn qed jagħmlu ħsara lejn ir-reputazzjoni tar-reliġjon Iżlamika u l-Musulmani.