Il-manager ta’ Bournemouth Eddie Howe iddeskriva r-rebħa 1-0 kontra Chelsea fi Stamford Bridge bħala l-aqwa riżultat fl-istorja tal-klabb. Grazzi għal din ir-rebħa Bournemouth m’għadhomx fiz-zona tar-relegazzjoni.
“Din kienet bla dubju l-aqwa rebħa li kiseb dan il-klabb fl-istorja tiegħu. Jekk wieħed iħares lejn il-partiti riċenti tagħna jinduna li din ir-rebħa ma waslitx b’kumbinazzjoni għax konna ilna nuru logħob tajjeb. Kien hemm ħafna partiti fejn lagħbna tajjeb imma ma ħadnix dak li kien ħaqqna. Illum ħadna tliet punti meritati u d-dipartiment tad-difiża kien ferm attent, inkluż il-gowlkiper Boruc li kellu wirja tajba ħafna. Kien hemm ħafna min iddubita d-difiża tagħna matul dan l-istaġun imma nemmen li din il-wirja tat risposta lil ħafna. Kburi bil-plejers tiegħi u jekk nistgħu niksbu riżultat bħal dan kapaċi niksbu riżultat f’kwalunkwe grawnd ieħor,” qal Howe.
Minn naħa tiegħu l-manager ta’ Chelsea Jose Mourinho ammetta li se tkun ferm diffiċli għat-tim tiegħu biex jispiċċa mal-ewwel erbgħa fil-Premiership Ingliż
//= $special ?>

