FORMULA 1: Kontra kull mistenni, r-Red Bull ħabbru li fl-istaġun li ġej se jibqgħu jaħdmu b’magni Renault. Din id-deċiżjoni hi waħda kemmxejn sorpriża minħabba li matul dan l-istaġun, kemm-il darba kien hemm rapporti li r-Red Bull kienu se jtemmu l-kuntratt minn ma’ din il-kumpanija minħabba li skont id-diriġenti, r-Renault ma kinitx qed tipprovdihom b’magna tajba biżżejjed biex jisfidaw għar-rebħ tal-unuri.
Id-diriġenti tar-Red Bull kienu saħansitra qalu li kienu lesti jirtiraw mill-isport jekk ma jsibux kumpanija li tipprovdilhom magna tajba biħħejjed u l-Kap tal-Formula 1 Bernie Ecclestone kien hedded li jekk jagħmlu dan, kienu se jittieħdu passi dixxiplinarji fil-konfront tat-tim.
//= $special ?>