Douglas Tompkins, il-biljunarju sid tal-kumpanija tal-ħwejjeġ The North Face, miet waqt li kien fuq canoe fin-Nofsinhar taċ-Ċilì. Hu kellu 72 sena.
Tompkins, li kien ukoll wieħed mill-imħuħ wara l-kumpanija tal-ħwejjeġ Esprit, miet minħabba l-kesħa tal-ilma wara li l-canoe li hu u ħamsa oħra kienu fiha nqalbet f’mewġ qawwi. Huma kienu salvati u meħuda b’ħelikopter lejn sptar f’ Coyhaique imma sakemm wasal kien waqaf jieħu n-nifs.
Tompkins kien ħoloq il-kumpanija The North Face fl-1964, l-aktar immirata lejn dawk li jmorru skiing. Ftit wara hu kien għen l-eksmara tiegħu Susie Tompkins Buell biex tibda l-kumpanija tal-ħwejjeġ Esprit.
Snin wara, Tomkins kien biegħ l-ishma tiegħu fiż-żewġ kumpaniji u rtira fiċ-Ċilì fejn xtara meded kbar ta’ art bl-iskop li jgħin jipproteġi l-ambjent ta’ fihom u kien beda jumbra l-kumpaniji li kien ħoloq minħabba l-ħsara li kienu qed jikkawżaw lill-ambjent.
Miet il-fundatur ta’ The North Face


