Hemm polemika f’Ohio fl-Istati Uniti wara li koppja fil-ġnien tagħhom poġġew presepju kbir għall-wiri tal-pubbliku b’zombies u xjaten jieħdu post il-protagonisti tal-presepju tradizzjonali.
Din hi t-tieni sena li l-koppja Jasen u Amanda Dixon spiċċaw fiċ-ċentru tal-attenzjoni minħabba dan il-presepju. Il-kunsill lokali ta’ Cincinnati qed jitlobhom ineħħu l-presepju għaliex imur kontra diversi liġijiet lokali kif ukoll minn gruppi reliġjużi lokali.
Issa l-koppja Dixon bdew kampanja ta’ ġbir ta’ fondi biex ikunu jistgħu jħallsu l-multi u l-permessi li għandhom bżonn biex ikomplu juru dan il-presepju.
Huma qed isostnu li dan il-presepju hu “xogħol tal-arti” u li huma ma kinux atei. Skont il-media Amerikana, peress li m’għandhomx il-permess li joħorġu affarijiet għall-wiri fil-pubbliku, huma qed jissugraw multa ta’ madwar 500 ewro kuljum.