Lokali

Problema ġdida bis-sistema’ tal-bilanċ ta’ tallinja card

Fl-aħħar ħin żviluppat problema ġdida fis-sistema’ ta’ tallinja card li permezz tagħha wieħed iħallas hekk kif jitla’ fuq tal-linja.

Jirriżulta li numru ta’ persuni li daħlu jiċċekkjaw il-bilanċ tagħhom sabu li kellhom ferm iktar flus f’bilanċ milli suppost. Madankollu, minkejja li għall-ewwel ħadu ferħa, wara saru jafu li fil-verita’ dawk il-flus tpoġġew bi żball u lanqas jistgħu jintużaw.

Filfatt persuna li tkellmet magħna spjegat kif malli telgħet fuq tal-linja fil-verita’ sabet ferm inqas. Żagħżugħ ieħor li tkellem magħna saħansitra spjega kif qed jidher li għandu mat-€80 iżda kif jitla’ fuq tal-linja qed jimmarkalu li m’għandux biżżejjed fondi.