Ambjent Internazzjonali

Ritratt: Uffiċjal jitgħannaq mad-debba tiegħu waqt li kienet qed tmut

Ritratt tal-qsim-il qalb ippublikat mid-Dipartiment tal-Pulizija ta’ Houston juri lil uffiċjal tagħhom jitgħannaq mad-debba tiegħu, Charlotte, waqt li din kienet qed tmut.

Ir-ritratt ittieħed il-ġimgħa li għaddiet meta d-debba nħasdet, waqqgħet lill-uffiċjal u ħarbet lejn it-triq fejn sfortunatament intlaqtet minn trakk u mietet ftit wara l-inċident.

L-uffiċjal, D. Herrejon, ħarab wara d-debba u meta ra l-istat tagħha ntelaq mal-art iserraħ rasu fuq rasha f’mument ta’ dieqa.

Charlotte, li kellha sitt snin, kienet ilha sservi lid-Dipartiment għall-aħħar erba’ snin.

12294855_10153277666747828_4543057556937285042_n