Lokali

Se jorganizza party fejn l-irġiel iħallsu imma t-tfajliet jidħlu b’xejn u jixorbu kemm iridu

Organizzatur tal-parties se jkun qed jorganizza party fejn it-tfajliet jistgħu jixorbu kemm iridu u b’xejn. Dan filwaqt li l-irġiel iridu jħallsu.

Il-party qed ikun organizzat minn Joel C Events & Marketing, immexxija minn Joel Caruana li fi Frar kien qajjem kontroversja meta organizza party “biex iżid it-tfajliet f’Paceville”.

Il-party, “Xmas Madness”, se jsir Paceville fit-12 ta Diċembru li ġej u l-irġiel iridu jħallsu €12 għal ‘open bar’. Madanakollu, it-tfajliet huma mistiedna għal dan il-party u jistgħu jidħlu b’xejn u jixorbu kemm iridu.

L-organizzatur, Joel Caruana, kien instab ħati mill-Qorti li kellu x’jaqsam sesswalment ma’ tfajliet taħt l-età u fi Frar li għadda reġa’ ssemma fl-aħbarijiet wara li Netnews.com.mt żvela li kien qed jippjana party “biex iżid it-tfajliet f’Paceville”.

12348251_1076668585699672_127121054_n