DIXXIPLINA: Erba’ plejers tal-Premier ġew sospiżi mill-Kummisssarju tad-Dixxiplina tal-MFA bi tnejn minnhom ikunu ta’ Mosta. Il-gowlkiper ta’ Mosta Omar Borg ġie sospiż għal żewġ partiti filwaqt li sieħbu tal-istess tim, Edin Murga ġie sospiż logħba. Borg ġie sospiż wara l-kummenti li għadda fi tmiem il-logħba kontra St Andrews. Murga ġie sospiż logħba wara li rċieva r-raba’ karta safra. Dan ifisser li Borg u Murga se jitilfu l-konfront kontra Sliema filwaqt li Borg se jitlef anke l-logħba kontra Birkirkara.
Iż-żewġ plejers l-oħra tal-Premier li ġew sospiżi huma Blazo Rajovic ta’ Naxxar u Carlos Hevia Menendez ta’ Tarxien. Hevia se jitlef id-derby kontra Hibs filwaqt li Rajovic se jitlef il-logħba kontra Floriana.
Mill-Ewwel Diviżjoni Joseph Farrugia (Fgura), George Chircop (Gudja), Daniel Scerri (Gzira), Patrick Borg (Lija), Neil Falzon and Hubert Vella (St. George’s) kollha ġew sospiżi logħba kull wieħed.
Mit-Tieni Diviżjoni ġew sospiżi logħba kull wieħed Ranier Buhagiar (Qrendi) uCarl Magro (Żabbar) filwaqt li mit-Tielet Diviżjoni ġew sospiżi logħba kull wieħedChristian Schembri (Dingli), Giulio Sammut u Kurt Formosa (Mdina) u Christian Wismayer (Ta’ Xbiex).