Tifla ta’ tmien snin li sentejn li tilfet lil familtha wara li persuna jew persuni mhux magħrufa qabbdu apposta r-residenza fejn kienu jgħixu, tixtieq li persuni minn madwar id-dinja jibagħtulha kartolini tal-Milied.
It-tifla, Sa’fyre Terry minn Schenctady, New York, sofriet ħruq sever f’wiċċha u tilfet id u sieq kawża tan-nar li ħakem id-dar fejn kienet tgħix mal-familja.
Ħabib tal-familja fuq Facebook ħabbar li x-xewqa tat-tifla hu li tirċievi l-kartolini bħala rigal. Dan wara li zitha xtratilha siġra tal-Milied biex iżżejjinha bil-kartolini.
Min jixtieq jibgħat kartolina lil Sa’fyre jista’ jagħmel dan fuq l-indirizz: Sa’fyre Terry, P.O. Box 6126, Schenectady NY 12306.
Bdew jinġabru wkoll flus biex Sa’fyre u l-familja tagħha jiġu mgħejuna finanzjarjament għal numru ta’ operazzjonijiet u trattamenti li t-tifla għandha bżonn minn żmien għal żmien. Min jixtieq jista’ joffri l-flus hawn.
//= $special ?>