Lokali

Tittajjar tifla ta’ 4 snin

Tifla ta’ 4 snin sofriet feriti gravi wara li ttajjret minn karozza fi Triq San Pietru f’Ħal Kirkop. It-tifla madankollu ma tinsabx fil-periklu li titlef ħajjitha.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-2.45pm. Il-karozza tat-tip Mercedes Benz kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 42 sena miż-Żurrieq.

Ambulanza li ssejħet fil-post ħadet lit-tifla l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn feriti gravi iżda fortunatament mhux fil-periklu li titlef ħajjitha.