Id-Deputat indipendenti Marlene Farugia vvutat ukoll mal-Oppożizzjoni u kontra l-Gvern fuq liġijiet li bihom issa se jitwaqqfu l-Awtorità dwar l-Ambjent, l-Awtorità dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp u t-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar.
Il-vot finali fuq dawn it-tliet liġijiet ittieħed fit-tmiem tas-seduta parlamentari tal-lejla.
Kien fid-dibatttitu parlamentari dwar l-Abbozz ta’ liġi dwar it-twaqqif tal-Awtorità tal-Ambjent li matulu Marlene Farrugia vvutat għall-ewwel darba kontra l-Gvern u mal-Oppożizzjoni, liema vot ix-xahar li għadda wassal lil Marlene Farrugia biex tirriżenja mill-Grupp Parlamentari Laburista, mill-Partit Laburista u tiddikjara li hi deputat indipendenti.
Wara li llejla kienet diġà vvutat ukoll kontra l-Gvern fuq il-Baġit għall-2016, ivvutat ukoll kontra l-Gvern u mal-Oppo’izzjoni fuq dawn it-tliet liġijiet ambjentali.
//= $special ?>