Wasal it-tim li qed jilgħab maħmuġ. Hekk kien intitolat l-Editorjal ta’ The Malta Independent, li ffoka fuq l-allegazzjonijiet dwar il-konsum tal-fuel mill-karozza tal-Kap tal-Oppożizzjoni.
L-Editorjal qal li kien Skrivan fil-Parlament li donnu għamel din l-iskoperta dwar il-konsum tal-fuel, għakemm s’issa fir-realtà għadna ma nafux jekk verament kienx hemm diskrepanza fil-konsum. Kompla jingħad li malli saret din is-suppost skoperta, mal-ewwel waslet għand il-grupp ta’ strateġija f’Kastilja, li Marlene Farrugia tirreferi għalih bħala l-Kukkanja.
Skont The Malta Independent, dawn it-tattiċi żgur ma jirriflettux il-politika kif jixtiequha n-nies. Jgħid ukoll li l-flus allokati għall-fuel tal-Kap tal-Oppożizzjoni m’huma xejn ħdejn is-somma li qed jieħu Muscat biex jitħalla juża’ l-vettura privata tiegħu. Fakkar ukoll li din l-istorja dwar il-konsum tal-fuel ġie skopert eżatt meta l-Partit Nazzjonalista ħareġ id-Dokument dwar il-Governanza Tajba.
Sadanittant, iċ-Chairperson tal-AD Arnold Cassola wkoll ikkummenta dwar dan il-każ u saqsa jekk hux xi forma ta’ frame-up. Qal li dawn it-tattiċi jfakkruh fi żminijiet koroh ta’ Stalin fir-Russja, Pinochet fiċ-Ċile u Karmenu Mifsud Bonnici f’pajjiżna. Cassola insista li l-flus li qed jissemmew huma biss qatra meta mqabbla mal-miljuni ta’ ewro li qed jieħdu dawk li hu sejħilhom “ħnieżer”.
//= $special ?>

