Il-belt Żvizzera ta’ Ġinevra tinsab fuq allert massimu hekk kif il-Pulizija għaddejin bi tfittxija għal 4 persuni suspettati li kienu qed jippjanaw attakk terroristiku.
Pulizija dehru fit-toroq b’sub-machine guns quddiem il-kwartieri tan-Nazzjonijiet Uniti. Skont diversi aġenziji tal-aħbarijiet, it-tfittxija f’Ġinevra għadha għaddejja.
S’issa għadu mhux ċar jekk dawn it-terroristi għandhomx xi konnessjoni mal-attakki tax-xahar l-ieħor f’Pariġi.
//= $special ?>