Lokali

Għal Joseph Muscat ir-regoli mhux qegħdin hemm għalih

Erbat ijiem wara li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ippropona li bi Gvern Nazzjonalista ġdid, jiddaħħlu “standards aktar stretti fuq l-użu tal-media soċjali minn persuni fl-amministrazzjoni pubblika”, il-Gvern Laburista, issa qed jgħid li anke hu se jdaħħal dawn il-linji gwida. Il-Partit Nazzjonalista jaqbel ma’ dan il-pass, anke jekk qed isir tard.

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista saħaq li madanakollu, l-argument li ġab il-Kap taċ-Ċivil Mario Cutajar fl-intervista ma’ The Malta Independent tal-lum, jiġifieri li dawn il-linji gwida mhux se jgħoddu għall-persuni li jkunu maħtura politikament, ma jagħmel ebda sens. Hu proprju dawn l-individwi, li jintgħażlu mill-politiċi, li għandhom joqgħodu aktar attenti kif jużaw is-social media.

Il-Partit Nazzjonalista kkonkluda li beiex nerġgħu nibnu fiduċja ġdida fil-politika, hemm bżonn li t-tmexxija ta’ pajjiżna ma tipretendix li r-regoli ma jgħoddux għal kulħadd.