Żewġ ġuvintur, wieħed ta’ 18-il sena u ieħor ta’ 22 sena minn Marsalforn u x-Xagħra rispettivament tpoġġew taħt ordni ta’ probation għal tliet snin wara li ammettew li serqu diversi oġġetti, fosthom flus kontanti, minn farmhouse matul is-sajf li għadda.
Sitt għaddasa ta’ nazzjonalità barranija rritornaw fir-residenza li kienu krew fi Triq ir-Rabat, Marsalforn, u sabu numru t’affarijiet personali nieqsa. Il-każ seħħ fl-4 ta’Settembru.
Il-valur ta’ l-oġġetti misruqa, li l-maġġoranza tagħhom huma affarijiet elettroniċi, jeċċendi l- €2,329.37.
//= $special ?>