Lokali Qorti

Ix-xufier tal-Kap tal-Oppożizzjoni b’Rikors fil-Qorti biex ma jitkomplux il-proċeduri

Toni Tabone, ix-xufier tal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, illum waranofsinhar kiteb lill-Qorti biex ma jitkomplux il-proċeduri li bdew fil-konfront tiegħu dwar użu ta’ fuel, hekk kif qed jinsisti li m’hemm l-ebda evidenza kontrih.

Oriġinarjament, meta kien sar jaf li nfetħet Inkjesta dwar il-konsum tal-fuel tal-vettura, il-Kap tal-Oppozizzjoni ppreżenta minufih Rikors fil-Qorti biex ipoġġi lilu nnifsu għad-disposizzjoni tal-Qorti għal kull informazzjoni meħtieġa.

Dan għaliex tassew jemmen fit-trasparenza.