Lokali

L-Ispeaker ineħħi s-sospensjoni tax-xufier tal-Kap tal-Oppożizzjoni

L-ispeaker Anġlu Farrugia neħħa s-sospensjoni tax-xufier tal-Kap tal-Oppożizzjoni wara li qal li m’hemmx biżżejjed provi biex tittieħed azzjoni hekk drastika.

Ix-xufier kien ġie sospiż wara talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil stess wara li dan sar jaf li x-xufier tiegħu kien qed jiġi investigat wara suspetti ta’ użu ħażin ta’ fjuwil. Imma issa l-ispeaker qal li ma jridx jgħaġġel għaliex sa issa m’hemmx evidenza biżżejjed li twasslu jieħu din id-deċiżjoni.

F’reazzjoni għal din l-aħbar żvelata illum minn The Times of Malta… il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li għadu sorpriż bid-deċiżjoni tal-ispeaker li jirreferi każ bħal dan lill-Pulizija meta l-ispeaker stess issa qed jgħid li dan il-każ qas biss jimmerita sospensjoni.