Lokali

It-tielet jum ta’ Misraħ il-Milied

Bħalissa għadej Misraħ il-Milied, li l-Partit Nazzjonalista qed jorganizza fid-Dar Ċentrali f’Tal-Pietà.

Wara s-suċċess tal-attività li fiha tfakkret il-135 sena mit-twelid tal-Partit Nazzjonalista, illejla se tittella’ Gala Night, li matulha se jkomplu jinġabru fondi b’risq il-Partit.

Għal din l-attività, li tibda fit-8.30pm, jattendi l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, kif ukoll numru ta’ Deputati, Kandidati u Uffiċjali oħra tal-Partit.

Iżda l-varjetà f’dan it-tielet jum ta’ Misraħ il-Milied beda minn qabel, hekk kif fis-6pm it-tinda armata barra d-Dar Ċentrali ħadet l-ħajja, flimkien ukoll mal-istands li huma armati apposta.

Il-qofol ta’ Misraħ il-Milied jintlaħaq il-Ħadd li ġej, 13 ta’ Diċembru, bil-Maratona Ġbir ta’ Fondi li tibda fl-10am.