Lokali

AĠĠORNATA: Anzjan imut wara li ttajjar fis-Siġġiewi

Charles Farrugia ta’ 63 sena mis-Siġġiewi tilef ħajtu wara li ttajjar minn vettura fi Triq Dun Manwel Zammit fis-Siġġiewi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.50pm meta l-anzjan ittajjar mill-vettura, tat-tip Mistubishi, misjuqa minn żagħżugħ ta’ 25 sena mis-Siġġiewi stess.

Fil-post waslu l-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei. Madankollu, l-Ambulanza telqet mill-post vojta wara li r-raġel ġie ċċertifikat mejjet fil-post.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-għassa,li ħatar diversi esperti biex jassistu f’Inkjesta Maġisterjali. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mill-Għassa ta’ Ħaż-Żebbuġ għadhom għaddejjin.

Din l-aħbar ħasdet lil ħafna, li ddeskrivew lill-anzjan bħala bniedem mill-aħjar.

netnews

jittajjar