L-aħħar rapporti mil-Libja qalu li l-ISIS, issa, ħataf kontroll ta’ Sabratha, fost l-inkwiet li t-terroristi se jispiċċaw itajjru l-fdalijiet tal-bini tar-Rumani f’dik iz-zona li l-UNESCO ddikjarat bħala sit għall-patrimonju dinji.
Qed jingħad li konvoj tal-ISIS, magħmul minn għexieren ta’ vetturi, baqa’ dieħel fis-sit ta’ Sabratha li jinsab xi 50 mil biss ‘il bogħod minn Tripli. Sadanittant, l-osservaturi ma jeskludux li t-terroristi jistgħu jeqirdu l-inħawi storiċi bħalma għamlu diġà fir-rigward ta’ patrimonju storiku ieħor fi-Sirja u l-Iraq.
Jingħad li l-intervent partikolari sar b’ritaljazzjoni għall-arrest ta’ żewġ membri tal-ISIS – wieħed Libjan u l-ieħor Tuneżin – mill-qawwiet tas-sigurtà Libjani.
L-inħawi ta’ Sabratha huma eks kolonja tar-Rumani u magħrufin bħala teżor arkeoloġiku importanti, b’amfiteatru famuż li baqa’ ppreservat tajjeb ħafna. Fl-istess ħin, Sabratha ilha ċentru għall-attività Iżlamika miż-żmenijiet tar-rivoluzzjoni tal-2011 fil-Libja.
//= $special ?>