L-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Konsumatur, l-MCCAA, avżat lill-konsumaturi li prodotti li qed jinbiegħu fis-suq, magħrufa fost l-oħrajn bħala hover boards, drifting scooters jew balance wheels u anke b’ismijiet oħra, li huma ta’ daqs jew forom differenti, jistgħu jwasslu biex min jużahom jindarab jew saħanistra jwasslu għall-mewt jekk persuna taqa’ minn fuqhom waqt li l-prodott ikun qed jimxi.
Għalhekk, l-MCCAA ħeġġet lill-konsumaturi biex kull meta jkunu se jużawhom jilbsu lbies protettiv, li jkun approvat u meqjus adegwat, u biex jimxu mal-istruzzjonijiet tal-prodott, li għandhom jaqrawhom b’attenzjoni qabel jużaw il-prodott.
L-MCCAA ħeġġet ukoll lill-operaturi ekonomiċi biex ikollhom il-karti meħtieġa meta jiġu mitluba juruhom u li jekk wieħed ibiegħ prodotti li ma jkunux konformi mar-regoli għas-suq, ikun qed jikser il-liġi.
//= $special ?>

