Lokali

Jirtira l-allegazzjonijiet fil-konfront ta’ Tonio Fenech

F’ittra ta’ kjarifika li qed tixxandar fuq il-mezzi kollha b’ordni tal-Qorti, Charlon Gouder iddikkjara li qed jirtira l-allegezzjonijiet magħmulin minnu fil-konfront tad-Deputat Nazzjonalista Tonio Fenech f’artiklu li kien ippubblikat fil-ħarġa tal-21 ta’ Frar 2014 tal-ġurnal l-Orizzont.

Fl-ittra, Charlon Gouder ikompli li jirrikonoxxi li dak li allega fil-konfront tal-eks Ministru Tonio Fenech kien infondat u skorrett.

Għaldaqstant, hu qiegħed jirtira dak kollu li kiteb u insinwa fl-artiklu in kwistjoni għaliex f’dan ir-rigward ma jista’ jintqal xejn ħazin fuq l-integrita’ u s-serjeta’ tal-eks Ministru Tonio Fenech fil-karriera professjonali u politika tiegħu.