Lokali

“Kien raġel mill-aħjar” – jinqatel l-għada li għalaq sninu

Il-mewt ta’ Charles Farrugia, l-għada li għalaq sninu, ħasdet lil ħafna.

Charles, imfaħħar minn ħafna bħala bniedem mill-aħjar, ħalla din id-dinja kiesaħ u biered, wara li ttajjar fi Triq Dun Manwel Zammit, t-triq fejn kien jgħix fis-Siġġiewi.

Charles tilef ħajtu wara li għall-ħabta tal-4.50pm ittajjar minn vettura misjuqa minn żagħżugħ ta’ 25 sena mis-Siġġiewi wkoll.

Charles kien dilettant tal-Ġimgha l-Kbira u kien saħansitra jarma l-mudelli tal-vari.

jittajjar