Fejn tidħol governanza tajba, l-użu tal-fondi pubbliċi u t-trasparenza…missejna il-qiegħ. Hekk stqarr il-President tal-Kamra tal-Kummerċ Anton Borg waqt laqgħa li kellu dalgħodu mal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil.
Borg kien qed jikkummenta rigward id-dokument tal-Oppożizzjoni ‘Ekonomija għan-Nies’, fejn sostna li l-mod kif jiġi gvernat il-pajjiż jaffetwa direttament in-negozju.
Anton Borg saħaq illi rridu politiċi li jmexxu bl-eżempju.
Il-Kamra tal-Kummerċ temmen li dan id-dokument ekonomiku tal-Oppożizzjoni huwa wieħed pożittiv.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni minn naħa tiegħu sostna li l-għan tal-politiċi għandu jkunu li nilħqu l-aqwa livelli, u mhux ninżlu ‘l isfel lejn il-qiegħ.
//= $special ?>

