Internazzjonali

Prova oħra ta’ missila mill-Pakistan

Il-Pakistan wettaq prova ta’ missila ballistika li kapaċi tkun modifikata biex iġġorr materjal nukleari. Il-prova saret wara li l-Gvern Pakistani kkonferma li għandu jerġa’ jibda taħditiet ta’ paċi fuq livell għoli mal-Indja.

Il-missila Shaheen-III suġġetta għall-prova hi tat-tip surface-to-surface u kapaċi ġġorr il-warheads konvenzjonali u nukleari għal distanza ta’ 2,750 kilometru.

Sadanittant, din kienet l-aħħar f’sensiela ta’ provi għall-missili mill-Pakistan u l-Indja mindu ż-żewġ stati rivali żvelaw il-kapaċitajiet rispettivi għall-armamenti nukleari fl-1998.

Il-Pakistan u l-Indja kienu ġġieldu tliet gwerer dwar ir-reġjun tal-Kashmir, fl-1947, fl-1965 u fl-1999.