Ħadd ma weġġa’ f’nar li ħakem appartament fl-Imsida. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-12.15pm fi Triq il-Knisja.
Minn informazzjoni li għandu NETnews.com.mt jirriżulta li l-appartament kien vojt dak il-ħin li seħħ il-każ. Madankollu, għal xi raġuni l-appartament xorta ħa n-nar, b’informazzjoni li għandna tgħid li oriġina minn saqqu li kien fl-appartament stess.
Fil-post issejħu l-Pulizija u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Huma wettqu tfittxija immedjata biex jaraw jekk hemmx xi persuni maqbuda. Iżda, fortunatament, din it-tfittxija rriżultat fin-negattiv.
Fortunatament ukoll, in-nar kien ikkontrollat fil-ħin biex ma jilħaqx jinfirex ħafna duħħan għal għand il-ġirien.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ, fosthom x’seta’ wassal biex ħa n-nar, b’mod partikolari meta l-appartament kien vojt.
//= $special ?>

