Fi stqarrija l-korp tal-pulizija ħabbar li Martin Xuereb kien ġie arrestat il-bieraħ filgħaxija għal ħabta tal-ħdax fl-nħawi ta’ Bormla.
Aktar kmieni
Il-Pulizija għaddejja bi tfittxija għal priġunier tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li ħarab waqt li kien fil-kustodja tal-awtoritajiet waqt li kien qiegħed jagħmel xogħol fil-komunita’ f’Ħaż-Żabbar.
Mhux magħruf x’wassal għall-ħarba ta’ Martin Xuereb, Għawdxi li kien ingħata sentenza ta’ priġunerija wara li nstab ħati ta’ frodi u serq.
(Ritratt: mill-Arkivji)
//= $special ?>

