Internazzjonali

Ftehim preliminari fid-diskussjonijiet dwar it-tibdil fil-klima

epa05049302 Empty rostrum during the opening ceremony of the COP21 World Climate Change Conference 2015 in Le Bourget, north of Paris, France, 30 November 2015. The 21st Conference of the Parties (COP21) is held in Paris from 30 November to 11 December aimed at reaching an international agreement to limit greenhouse gas emissions and curtail climate change. EPA/YOAN VALAT

Id-diskussjonijiet f’Pariġi dwar ftehim b’rabta mat-tibdil fil-klima jidher li qegħdin fi stadju avvanzat ħafna b’sorsi qrib l-organizzaturi jgħidu li wara ħmistax ta’ negozjati sa fl-aħħar kien ntlaħħaq ftehim.

Uffiċjali fi ħdan il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barrranin Franċiż saħqu li dalgħodu kien ser jiġi ppreżentat dokument lill-Ministri rispettivi bi ftehim preliminari.

Analisti politiċi qalu li anke f’dan l-istadju ħadd m’għandu jassumi xejn hekk kif m’hemm ebda ċertezza li fil-laqgħa tal-llum ma’ jqumux xi oġġezjonijiet u anke f’każ li le jkun għad jonqos proċess ta’ ratifikazzjoni.

S’issa ma’ ħarġu ebda dettalji dwar x’ġie miftiehem sa dan l-istadju għalkemm jidher li l-ftehim huwa riżultat ta’ kompromessi sinjifikanti speċjalment fejn jidħol it-tnaqqis ta’ l-emmissjonijiet.