Ftehim li jaspira li jillimita ż-żieda tat-temperaturi globali b’mill-inqas żewġ gradi celcius qed ikun deskritt bħala ftehim storiku. Ftehim li ntlaħaq f’Pariġi lbieraħ filgħaxija wara ġimgħatejn ta’ diskussjonijiet intensivi.
Il-ftehim huwa l-ewwel wieħed fl-istorja li qed jorbot idejn il-pajjiżi kollha biex inaqqsu l-emmissjonijiet tagħhom, u l-ftehim fih klawsoli kemm li jorbtu legalment, kif ukoll oħrajn volontarji.
Il-President Amerikan Barack Obama ddeskriva dan il-ftehim bħala wieħed ambizzjuz u storiku, filwaqt li mexxejja oħra minn madwar id-dinja fissru li dan hu pass importanti ‘il quddiem.
//= $special ?>