Internazzjonali

Għall-ewwel darba fl-Arabja Sawdija: Eletta mara kunsillier

Mara Sawdija kitbet paġna storika wara li rebħet siġġu f’kunsill muniċipali tal-Arabja Sawdija. B’hekk hi fetħet kapitlu ġdid, wara li dan il-pajjiż ippermetta l-parteċipazzjoni tan-nisa fl-elezzjonijiet lokali.

Il-mara, Salma bint Hizab al-Oteibi, kienet eletta fil-provinċja ta’ Mecca permezz tal-vot ta’ nhar is-Sibt. Sadanittant, ir-rapporti jindikaw li n-nisa ‘rebħu wkoll’ f’diversi reġjuni oħra tal-Arabja Sawdija, inklużi Jeddah u Qatif.

L-elezzjoni kienet l-ewwel waħda fejn in-nisa Sawdi tħallew jivvutaw u jikkuntestaw bħala kandidati. B’kollox irreġistraw total ta’ 978 nisa kandidati, li kkontestaw l-elezzjoni flimkien ma’ 5,938 raġel.