Il-Front Favur il-Mina laqa’ b’sodisfazzjoni staħrriġ ġdid li sar u li juri li 60% tal-Għawdxin iridu li ssir il-mina bejn Malta u Għawdex.
Fi stqarrija, l-Front Fakkar li sakemm tinbena l-mina, għandu jsir mezz ta’ komunikazzjoni effiċjenti, bħal fast-ferry service, biex jaqdi aħjar il-ħtiġijet tal-Għawdxin. Qal ukol li fl-istess waqt, għandu jerġa’ jkun introdott servizz ta’ vapur t’Għawdex għall-passiġġieri li jasal saċ-ċentru ta’ Malta, bħal Sa’ Maison.
Il-Front innota wkoll li l-istħarriġ, li r-riżultati tiegħu kienu ppubblikati fil-ġurnal MaltaToday dalgħodu, juri li hemm min għadu indeċiż dwar il-mina, filwaqt li hemm xi ftit li huma kontra.
Dwar dan, il-Front qal li se jintensifika l-kampanja edukattiva tiegħu biex ikompli jeduka lin-nies dwar il-benefiċċji tal-mina bħala link permanenti bejn Malta u Għawdex.
//= $special ?>