Minkejja li hu u t-tfajla tiegħu tilfu t-tarbija tagħhom waqt it-twelid iktar kmieni matul din il-ġimgħa, il-midfielder ta’ 25 sena Harry Arter ilbieraħ lagħab 86 minuta fir-rebħa storika ta’ Bournemouth fuq Manchester United, bi skor ta’ 2-1.
Il-plejer mill-Irlanda ta’ fuq deher emozzjonat ħafna, b’mod speċjali meta qala’ karta safra fl-84 minuta u ġie sostitwit mill-kowċ żewġ minuti biss wara. Fl-aħħar tal-partita’ spikkat tgħanniqa bejn il-plejer u l-kowċ tiegħu.
Hu kien imfaħħar mill-kowċ Eddie Howe li qal li l-plejer wera’ dinjita’ kbira meta lagħab “minkejja li din kienet ġimgħa emozzjonali għalih.”
//= $special ?>

