Lokali

“L-ikbar sodisfazzjon tiegħi meta salvajt dik it-tarbija mill-għarqa” – Karl Curmi

“L-ikbar sodisfazzjon tiegħi jibqa’ meta salvajt lil dik it-tarbija mill-għarqa.”

Kliem it-tfajjel ta’ għaxar snin Karl Curmi li dalgħodu ngħata l-ogħla unur fil-pajjiż hekk kif fil-Palazz tal-President saret iċ-ċeremonja tal-għoti ta’ Ġieħ ir-Repubblika.

Karl kien salva lit-tfajjel ċkejken Eman, meta dan kien se jegħreq f’Marsalforn. Wara li ngħata l-unur, Karl tkellem ma’ dan is-sit filwaqt li rrikonoxxa l-importanza ta’ dan l-unur.

Gieh ir-Repubblika (28)

Ma’ Netnews.com.mt, Karl kien irrakkonta dak li kien ġara.

Filmat: “Smajt l-għajjat u qbiżt bil-ħwejjeġ b’kollox” – it-tfajjel li salva tarbija mill-għarqa”

Wara l-att erojku tiegħu u l-intervista li kienet saret ma’ Karl minn dan is-sit, mijiet ta’ Maltin kienu appellaw biex Karl jingħata rikonoxximent, fost dawn, kien hemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil li kien kiteb fuq twitter li Karl ħaqqu rikonoxximent.

Wara dan l-episodju, Netnews.com.mt kien reġa’ laqqa lit-tfajjel Karl maċ-ċkejken Eman f’Marsalforn stess (filmat taħt)

Aqra iktar: “Grazzi talli salvajt lil ibni” – omm it-tarbija salvata mill-għarqa