L-unur li rċieva Bjorn Formosa dalgħodu, il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika, iddedikah għal dawk kollha li bħalu għaddejjin mit-tbatija tal-Amyotrophic Lateral Sclerosis (ALS) u jittama li permezz ta’ dan l-unur iwassal messaġġ ta’ tama.
Din il-marda, li taffettwa n-nervituri u twassal biex persuna tibda tmur lura f’temp qasir ta’ tbagħtija, eventwalment tirriżulta wkoll fil-mewt.
Konxju minn dan, Bjorn iddedika ħajtu biex b’numru ta’ inizjattivi jqajjem għarfien u jikkontribwixxi bit-tama li jinstab fejqan, u saħansitra waqqaf il-Fondazzjoni ALS Malta.
Fl-aħħar xhur sfortunatament saħħet Bjorn, li għad għandu 28 sena, marret lura b’rata mgħaġġla u llum-il ġurnata hu jkollu juża s-siġġu tar-roti. Madankollu jibqa’ determinat li jiddedika ħajtu għall-ġlieda kontra din il-marda kiefra.
//= $special ?>

