Mietu tal-anqas 23 persuna f’nirien li qabdu fi sptar għall-pazjenti bi problemi mentali, fir-reġjun ta’ Voronezh.
Il-Ministeru Russu għall-Emerġenza kkonferma ċ-ċifra tal-mejtin, b’kelliema jgħidu li tal-anqas 20 oħra kienu rikoverati l-isptar għall-ġrieħi li ġarrbu.
Il-kumpless tal-isptar inqered kważi għal kollox fin-nirien li qabdu tard fil-lejl tas-Sibt u bl-iskwadri għall-emerġenzi jsibuha diffiċli ferm biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni. L-awtoritajiet, intant, irnexxielhom jevakwaw numru ta’ pazjenti waqt l-eqqel tan-nirien.
L-awtoritajiet Russi qegħdin jinvestigaw l-inċident li hu l-aħħar f’sensiela ta’ nirien fatali f’istituzzjonijiet tal-Istat fir-Russja.
//= $special ?>