It-tmexxija tajba u serja titlob li xi ħadd investigat fuq korrizzjoni jirriżenja, għallinqas sakemm jinqata’ l-każ.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal dan meta kien qed jitkellem waqt il-Maratona Ġbir ta’ Fondi, b’referenza għall-każ ta’ Ian Borg.
Ian Borg instab mill-Ombudsman li uża metodi ta’ ingann biex kiseb permess li ma kellux joħroġ mill-MEPA għal żvilupp f’dar fir-Rabat.
Simon Busuttil qal li kieku hawn is-serjetà fil-pajjiż, kieku l-Prim Ministru Joseph Muscat kien ineħħi lil Ian Borg għallinqas sakemm tintemm l-investigazzjoni li qed tagħmel il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni.
Dan minkejja, żied il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, li Muscat l-anqas biss għandu għalfejn jistenna l-eżitu tal-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni, peress li l-kundanna tal-Ombdusman kienet ċara biżejjed u timmerita r-riżenja tas-Segretarju Parlamentari.
//= $special ?>