Internazzjonali

AĠĠORNAT: Miċħud li kien hemm attakk f’skola fi Franza

Investigaturi Franċiżi qalu li m’hu minnu xejn li għalliem kien mira ta’ attakk terroristiku f’Pariġi. Dan wara li rriżulta li l-għalliem f’nofs l-istorja kien invinta kollox.
Madwar Pariġi t-Tnejn qed isir tfittxija kbira wara li kmieni filgħodu il-Pulizija interveniet wara li daħal rapport li raġel daħal fi skola fil-periferiji ta’ Pariġi u ħebb għal għalliem fost għajjat favur l-ISIS u li dan l-attakk kien twissija.
L-attakk seħħ f’kindergarten f’Aubervilliers fil-periferiji ta’ Pariġi. Ir-raġel intqal li kien armat b’sikkina u l-għalliem kellu jiġi rikoverat. Ir-raġel mgħammad li wettaq l-attakk irnexxielu jaħrab mill-post u kien qed ikun imfittex.
L-attakk seħħ hekk kif fil-pajjiż tfakkar xahar minn mindu seħħew l-attakki tat-13 ta’ Novembru f’Pariġi li ħallew aktar minnn 130 mejta.
Imma siegħat wara li daħal ir-rapport, l-investigaturi f’Pariġi qalu li l-għalliem kien invinta kollox għaliex s’issa m’hux magħruf.
L-iskola fejn seħħ l-attakk kienet għal tfal li għandhom bejn tliet snin u sitta.
L-uffiċjali qalu li fil-ħin tal-attakk ma kienx hemm tfal fil-klassijiet imma kien hemm nies oħra fil-bini.