Internazzjonali

Disfatta għal Le Pen

epa05068230 A man looks at his phone at the headquarters of National Front (FN) party member and Member of Parliament Marion Marechal Le Pen (unseen) after the release of the first estimation of results of the second round of 2015 French regional election in Marseille, France, 13 December 2015. France went to the polls in a two-round regional election. The second round in PACA region see right wing party (Les Republicains) and far right wing party (Front National) candidates being the two options left for voters after the left wing candidate (Socialist Party) has resigned between the two rounds. EPA/CLEMENT MAHOUDEAU

Wara l-ansjetà li qanqal ir-riżultat tal-ewwel fażi tal-elezzjonijiet reġjonali fi Franza, fit-tieni fażi li kien hemm il-Ħadd, il-partit estremista tal-Front Nazzjonali ma baqax l-ikbar partit fil-pajjiż.
Fl-ewwel fażi, il-Front Nazzjonali ta’ Marine Le Pen kien spiċċa minn ta’ quddiem u l-favorit biex jirbaħ l-elezzjoni f’sitt reġjuni mit-13 li għalihom saret l-elezzjoni ġimgħa ilu. Imma fit-tieni fażi, wara li ebda partit ma ġab il-maġġoranza, il-Front ma rebaħ ebda reġjun u spiċċa fit-tielet post.
L-akbar ammont ta’ voti marru għand ir-Repubblikani ta’ Nicolas Sarkozy u wara s-Soċjalisti tal-President Francois Hollande.
Iżda l-Front xorta żied il-voti l-Ħadd li għadda u kiseb 6.8 miljun vot minn 6.02 fis-6 ta’ Diċembru.
Ir-Repubblikani ta’ Sarkozy żiedu wkoll il-voti minn 26.65% għal 40.63%, u s-Soċjalisti minn 23.12% għal 29.14%.
L-ammont ta’ nies li marru jivvutaw ukoll żdied, minn 22.6 miljun għal 26.2 miljun persuna.

AKTAR F’IN-NAZZJON TA’ GĦADA