Investigaturi Eġizzjani qalu li mill-investigazzjoni li mexxew huma fit-tiġrif tal-ajruplan Russu tal-Metrojet, li ġġarraf fil-31 ta’ Ottubru b’224 persuna abbord, jirriżulta li ma kienx hemm terroriżmu involut. L-ajruplan iġġarraf waqt titjira mill-Eġittu lejn ir-Russja.
Ir-responsabbiltà tal-attakk kienet ittieħdet mill-ISIS u dan kien fattur determinanti biex ir-Russja tibda tieħu azzjoni militari kontra l-ISIS fis-Sirja. Iżda l-investigaturi Eġizzjani ma qalux x’setgħet kienet il-kawża.
Madankollu, Ayman el-Muqadam, li mexxa l-investigazzjoni, qal li m’hemm xejn li juri li kien attentat jew li saret xi ħaġa illegali.
Fl-ewwel reazzjoni għall-konklużjonijiet Eġizzjani, Dmitry Peskov, kelliem għall-Kremlin, qal li l-esperti Russi kienu waslu għall-konklużjoni li r-raġuni wara t-tiġrif kienet splużjoni abbord l-ajruplan. Ir-Russja kienet damet biex ammettiet li kien attakk terroristiku hekk kif fil-ġranet ta’ wara l-attakk, inħarġet stqarrija mill-fergħa Eġizzjana li kienet wara l-attakk kif ukoll is-servizzi sigrieti Ingliżi u Amerikani kienu qed isostnu li kollox jindika li kien attentat terroristiku.
Ebda ħjiel ta’ terroriżmu għall-Eġizzjani fil-każ tal-Metrojet
