Filmat mill-ajru li ġie maħruġ mill-Knisja f’Malta li juri siltiet minn dak li ġara lbieraħ waqt il-funzjoni tal-ftuħ tal-Bieb tal-Ħniena fil-Katidral tal-belt tal-Imdina.
Iċ-ċelebrazzjoni bdiet b’purċissjoni bis-sehem tas-saċerdoti, reliġjużi u dawk kollha preżenti, lejn il-Katidral tal-Imdina. Wara li waslu fil-pjazza ta’ quddiem il-Katidral ftit wara nfetaħ il-Bieb tal-Ħniena minn Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna, u wara saret quddiesa fil-Katidral stess.
Segwi l-filmat mill-ajru hawn taħt.
//= $special ?>