Ħarsa lejn il-faċċati tal-ġurnali dalgħodu:
In-Nazzjon b’ritratt mill-għeluq tal-Maratona Ġbir ta’ Fondi, fejn inġabru €518,038. Storja oħra tirrapporta l-intervista li saret mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil aktar kmieni fejn qal li r-rapport tal-Ombudsman hu gravi biżejjed biex Muscat ineħħi lil Ian Borg.
Times of Malta b’storja dwar €600,000 li ntefqu fi tlett snin għal sorveljanza ma’ merħla nagħaġ li għandhom jinqatlu. Ritratt tal-Arċisqof Charles Scicluna jiftaħ il-Bieb tal-Ħniena biex jitfakkar il-bidu tas-Sena tal-Ġublew dwar il-Ħniena.
The Malta Independent b’ritratt tar-rebbieħa tal-Junior Eurovision Destiny Chuckunyere f’laqgħa mal-President ta’ Malta wara li ngħatat Ġieħ ir-Repubblika, kif ukoll storja dwar il-vettura tal-Kap tal-Oppożizzjoni.
L-Orizzont b’rapport dwar il-Ġieħ ir-Repubblika li ngħata l-eks Segretarju Ġenerali Tony Zarb u storja dwar 170 talba f’sitt xhur għal persuni li talbu li jkollhom saqaf fuq rashom.
//= $special ?>