Lokali

Il-PN lest jibda diskussjonijiet dwar il-bidliet fil-kostituzzjoni – Simon Busuttil

L-Oppożizzjoni lesta tibda diskussjonijiet mal-Gvern dwar bidliet importanti fil-kostituzzjoni.

Dan iddikjarah il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil fil-programm Reporter li se jixxandar illejla, fl-10.05 fuq TVM.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil jiddikjara li l-Oppożizzjoni lesta tibda’ diskussjonijiet mal-Oppozizzjoni dwar bidliet fil-kosituzzjoni.

Dan il-proċess, isostni l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, għandu jitmexxa mill-President ta’ Malta Marie Lousie Coleiro Preca, persuna li għandha l-fiduċja taż-żewġ naħat tal-Kamra.

Dikjarazzjoni li l-Kap tal-Oppożizzjoni għamilha waqt ir-recording tal-Programm Reporter li se jixxandar illejla fuq TVM.

Fl-intervista ma’ Saviour Balzan, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem fid-dettall dwar id-dokument ġdid tal-Partit Nazjzonalista dwar il-Governanza Tajba u kif terġa tinbena fiduċja fil-politika u jsostni li l-iskop tal-Partit Nazzjonalista hu li l-poplu ma jibqax jitlef il-fiduċja fil-politika u fil-politiċi. Simon Busuttil isostni li l-proposti tal-Partit Nazzjonalista joffru politika alternattiva għall-iskandli li qed iwettaq il-Gvern.