Waterpolo

Tkompli l-preparazzjoni għall-kampjonati Ewropej

It-tim Nazzjonali tal-Waterpolo bħalissa jinsab fi Spanja ġewwa Mataro għal training camp bi preparazzjoni għall-Kampjonati Ewropew li ser isiru f’Belgrad bejn l-10 u l-24 ta’ Jannar. Il-kowċis Nazzjonali għażlu dawn il-plejers;

Edward Aquilina, Alan Borg Cole, John Brownrigg, Nicholas Bugelli, Jordan Camilleri, Stevie Camilleri, Aurelien Cousin, Jerome Gabarretta, Nicholas Grixti, Mark Meli, Clint Mercieca, Ben Plumpton, Dino Zammit u Matthew Zammit.

Waqt dan il-kamp tat-taħriġ, it-tim Nazzjonali ser jattendi sessjonijiet fil-gym u sessjonijiet normali fil-pool li jinkludu testijiet ta’ saħħa u fiżika. It-tim Nazzjonali Malti ser jilgħab dawn il-logħbiet:

Il-bieraħ it-tim Nazzjonali Malti għeleb lil Mataro 13-8 fl-ewwel partita. Il-kontinġent jirritorna Malti, il-Ġimgħa 18 ta’ Diċembru.

Għada
12:30 vs Mataro
20:30 vs Sant Andreu

L-Erbgħa
12:30 vs Mataro
20:00 vs Spain

Il-Ħamis
12:30 vs Mataro
20:00 vs Spanja